Wirt Iż-Żejtun

Wirt Iż-Żejtun

Share

Wirt iż-Żejtun hija għaqda volontarja li qed taħdem sa biex jitkattar l-apprezzament tal-wirt kulturali u storiku taż-Żejtun.

Photos from Malta Libraries's post 02/08/2026

Fil-jiem li għaddew ippreżentajna kopja tal-ktieb "Iż-Żejtun Citta' Beland - Our Heritage, Our Place, Our Life" miktub minn Vincent Zammit u b'fotografija ta' Daniel Cilia, sabiex jinżamm bħala referenza fil-Librerija Pubblika Ċentrali.

Ippreżentejna wkoll sittin kopja ta' l-aħħar pubblikazzjoni li għamilna, "The Old Parish Church of St Catherine Rediscovered" li fih ir-riċerka li ġiet preżentata waqt is-simpożju li sar is-sena li għaddiet.

Dmirna huwa dejjem li naqsmu u nxerdu l-għarfien dwar beltna.

25/07/2026

Din hija kanzunetta li kiteb Charles Seychell b'dedika lil għannej il-Budaj.

Awguri Charles għal mixja tal-llum.

Lill-Budaj Lill-Budaj hija kanzunetta mill-album TIFKIRIET TFULITI. Dan l-albu...

22/07/2026

Illum qed naqsmu magħkom l-ewwel kanzunetta li kiteb Charles Seychell mis-CD li għadu kemm ħareġ (is-cd seħħ bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti taħt l-iskema Micro Grant).

Nhar is-SIbt li ġej 25 ta' Lulju, il-ħabib tagħna Charles Seychell se jkun qed jimxi miż-Żejtun sad-Dar tal-Providenza, sabiex jiġbor fondi għal din id-Dar.

Inħeġġukom sabiex tagħmlu d-donazzjoni tagħkom.

Il-Bejjiegħa ta' Dari Il-Bejjiegħa ta' Dari hija kanzunetta mill-album TIFKIRIET TFULITI....

20/07/2026

TIFKIRIET TFULITI – CD TA’ KANZUNETTI DWAR IŻ-ŻEJTUN TA’ L-IMGĦODDI

Ġie ppreżentat lil Kunsill is-cd TIFKIRIET TFULITI fil-preżenza tas-sindku Joan Agius. Dan is-cd jiġbor fiħ sitt kanzunetti miktuba mill-poeta u kantant folkloristiku Żejtuni Charles Seychell. Il-mużika għal dawn il-kanzunetti ġiet miktuba minn Frederick Camilleri u l-arranġamenti mużikali saru minn Augusto Cardinali fl-istudios tieghu. Id-Direttur Artistiku tal-proġett Anthony Ellul qal li dan is-cd seħħ bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti taħt l-iskema Micro Grant u l-kanzunetti jittrattaw diversi temi relatati ma’ tifkiriet tat-tfulija ta’ Charles. Fosthom insibu Karmnu l-Iskarpan, Il-Landier tal-Kantuniera, Fil-Ħanut tan-Nannu Tiegħi u kanzunetta ddedikata lill-għannej mibki Frans Baldacchino magħruf bħala I-Budaj. Din kienet il-holma ta’ Charles li l-poeżiji tieghu jiġu mmużikati. Issa bihom jista jferraħ lil tant nies waqt diversi attivitajiet kulturali u serati u bihom ifakkar mumenti minn tfulitu fiż-Żejtun. Għal din il-preżentazzjoni kien hemm preżenti ukoll is-Sur Ruben Abela President ta’ Wirt iż-Żejtun li ukoll saritlu preżentazzjoni tas-cd.

Matul il-ġranet li ġejjin se nkunu qed intellgħu dawn il-kanzunetti fuq il-paġna tagħna.

Prosit Charles u lit-tim kollu għal din l-inizjattiva.

18/07/2026

In-Numru mija u sitta u sebgħin (176) mis-sensiela "Nitfa Storja" - Espedito Deguara

Photos from Wirt Iż-Żejtun's post 18/07/2026

Il-bieraħ sebgħa u tlettin persuna attendew għall-attivita' Għall-Frisk taħt l-Art. Attivita' unika fejn matulha żorna diversi postijiet taħt l-art fiż-Żejtun, li b***a minnhom qatt ma nfetħu għall-pubbliku.

Issa nistrieħu għal ftit ġimgħat tas-sajf!

📷 Anthony Cassar

Photos from Parroċċa Santa Katarina Iż-Żejtun's post 09/07/2026

Huwa ta' sodisfazzjoni kbir għalina li qiegħedin ngħinu lil Parroċċa Santa Katarina Iż-Żejtun sabiex nipproteġu dawn l-arkivji li fihom mhux biss jiġbru l-istorja tal-parroċċa tagħna, iżda wkoll ta' ġenerazzjoni wara l-oħra tal-komunita' tagħna sa mill-bidu tas-seklu 17.

Sfortunatament l-arkivji ta' qabel l-1614 inqerdu fl-aħħar ħbit tat-torok u waqt l-Assedju l-Kbir.

06/07/2026

Kien il-Ħadd 6 ta’ Lulju 1614, sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx, meta erba’ gwardjani parti mill-maħras matul il-kosta tax-Xlokk, lemħu tnejn u ħamsin galera u sitt galliotti resqin lejn il-kosta. Filwaqt li wieħed mill-gwardjani ħarab jiġri biex javża lir-residenti tal-irħajla ta’ Sancta Catherina, l-ieħor ġera lejn it-torri (San Luċjan) jgħajjat Salva! Salva!

02/07/2026

Fit-2 ta' Lulju 1954, waqt li kienu għaddejjin xogħolijiet infrastrutturali mill-Public Works sabiex tinfetaħ il-pjazza ta' Sant Ang, illum Misraħ Carlo Diacono, u Vjal il-25 ta' Novembru, kienet seħħet diżgrazzja li ħasdet il-poplu taż-Żejtun.

Waqt dawn ix-xogħolijiet inkixef bir fl-ewwel biċċa ta' dak li kellu jkun Vjal 25 ta' Novembru, wara li twaqqaw binjiet li kien hemm matul Triq Sant Anglu. Waqt li xi tfal kienu qed jilgħabu, Ċensu Camilleri, tifel ta' 10 snin, waqa' ġo wieħed minn dawn l-ibjar, li kien mgħotti bi pjanċa.

Kien Rosario (Zazu) Formosa, ta' 28 sena, li tella lil dan it-tifel bla ħajja minn dan il-bir.

(Ħajr lil Victor Formosa, bin Rosario, li għaddilna dan it-tagħrif)

Want your establishment to be the top-listed Bar/pub in Iz-Zejtun?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Address


Wirt Iz-Zejtun, PO Box 25
Iz-Zejtun