Sacred Heart Seminary - Gozo
A page created by the Major Seminary community in Gozo, Malta.
It is our wish, that through this page, we keep in touch by sharing our community life and formation programme for the priesthood at our Seminary. It is our pleasure to hear from you and to invite you to join events and activities which may be organised for people like you. We also invite you to visit our official website which is frequently updated with news, photos, and information which may interest you.
21/09/2026
🇲🇹 Inżommu lis-seminaristi Maltin u Għawdxin fit-talb tagħna hekk kif illum, it-Tnejn 21 ta’ Settembru 2026, bdew l-irtir tal-bidu ta’ sena formattiva ġdida.
Inżommu wkoll fit-talb tagħna lil Patri Mark Grima MSSP, li ser ikun qed imexxi dan l-irtir.
Ejjew nitolbu sabiex din tkun ġimgħa ta’ silenzju, talb u riflessjoni, li tgħinhom jibdew din is-sena formattiva b’qalb miftuħa għar-rieda ta’ Alla u għas-sejħa li Hu qed jagħmlilhom.
L-irtir jintemm nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru.🙏
🇬🇧 Let us keep the Maltese and Gozitan seminarians in our prayers as today, Monday 21 September 2026, they began their retreat at the start of a new formative year.
Let us also keep Fr Mark Grima MSSP in our prayers, as he will be leading this retreat.
Let us pray that this may be a week of silence, prayer and reflection, helping them to begin this formative year with open hearts to God’s will and to the vocation to which He is calling them.
The retreat will conclude on Saturday 26 September.🙏
07/09/2026
GRAZZI U MERĦBA
Grazzi lir-Rev. Gabriel Gauci (mill-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem) li serva matul dawn l-aħħar snin tliet bħala Viċi-Rettur fis-Seminarju tagħna u issa ġie maħtur Arċipriet tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala.
Merħba lir-Rev. Michael Grima (mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz, San Lawrenz) li ġie maħtur Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù.
Il-Mulej Ġesù li beda din l-opra tajba fihom iwassalha sat-tmiem skont ix-xewqa tiegħu.
NOMINI ĠODDA FID-DJOĊESI TA’ GĦAWDEX
📢 Bl-għan li l-Poplu ta’ Alla miġbur fid-Djoċesi ta’ Għawdex jiġi megħjun bl-aħjar mod fil-mixja Nisranija tiegħu, skont il-bżonnijiet u l-esiġenzi attwali, qed jiġu mħabbra dawn in-nomini ġodda marbuta ma’ diversi ministeri u servizzi fil-ħajja tal-Knisja f’Għawdex.
🗂️ Ħidmiet ġodda fuq livell Djoċesan:
• ir-Rev. Michael Grima (mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz, San Lawrenz) – Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria;
• ir-Rev. Effie Masini (mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria) – Assistent Ekkleżjastiku tal-Azzjoni Kattolika, u fl-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni u l-Midja tad-Djoċesi;
• Mons. Edward Xuereb (mill-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija) – Konsulent Kanoniku tal-Kurja u Viċi-Kanċillier għad-Djoċesi ta’ Għawdex.
⛪ Komunità parrokkjali ser ikollha Ragħaj ġdid fil-bidu tas-Sena Pastorali 2026-2027:
• ir-Rev. Gabriel Gauci (mill-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem) – Arċipriet tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala.
👨🏻⚖️ Saċerdoti li ser ikunu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom f’xi Parroċċa:
• ir-Rev. Massimo Buttigieg (mill-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Belt Victoria) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Belt Victoria;
• il-Kan. Alexander Cauchi (mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta, l-Għarb) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem;
• ir-Rev. Mario Mercieca (mill-Parroċċa tal-Katidral ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Belt Victoria) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur;
• il-Kan. Michael Mifsud (mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta, l-Għarb) – Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabetta, l-Għarb;
• Mons. John Muscat (mill-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala;
• ir-Rev. David Pace MSSP (mill-Komunità tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem;
• il-Kan. Franklin Vella (mill-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija) – Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija.
👨🏻⚖️ Saċerdoti li ser ikunu qed iwettqu l-missjoni pastorali tagħhom f’realtajiet oħra:
• ir-Rev. Gerard Buhagiar (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Direttur ta’ Dar Manresa, il-Belt Victoria.
• il-Kan. Michael J. Galea (mill-Parroċċa tat-Twelid ta’ Marija, ix-Xagħra) – Assistent Spiritwali fil-Fondazzjoni awtonoma OASI;
• ir-Rev. Samuel Grech (mill-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem) – Direttur tal-Oratorju Don Bosco, il-Belt Victoria;
• Mons. Edward Xuereb (mill-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija) – Rettur tal-Komunità ta’ Santa Luċija.
👨👨👦👦 Ir-Rev. Mark Bonello (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, Xagħra), Delegat tal-Isqof għall-Pastorali mal-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ, u l-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ Għawdex (KDŻG), ser jibdew joperaw mill-Oratorju Don Bosco, il-Belt Victoria.
Dawn il-ministeri ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex jidħlu fis-seħħ nhar it-Tnejn 14 ta’ Settembru 2026, Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes. Huwa fid-dawl tal-imħabba, murija fil-misteru tas-Salib ta’ Kristu, li kull ministeru jew servizz fi ħdan il-Knisja għandu jsib iċ-ċentru u l-milja tiegħu, waqt li jingħax bħala għotja u qadi għall-oħrajn.
Il-Knisja f’Għawdex tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha – saċerdoti u lajċi – li taw is-servizz tagħhom b’dedikazzjoni u impenn fil-ħidma li kienu qed ikopru sa dawn l-aħħar ġimgħat. Fuq kollox tirringrazzja lill-Missier tas-Sema għall-ġid kollu li sar permezz tagħhom u li minnu seta’ jgawdi l-Poplu ta’ Alla fdat f’idejhom.
Il-komunitajiet kollha huma mħeġġa sabiex matul dawn il-ġimgħat isir mument ta’ talb kemm fil-parroċċi u kemm fil-familji għal dawn ħutna, ħalli filwaqt li nsostnuhom u ngħinuhom bit-talb u l-għajnuna tagħna, il-Mulej Ġesù – li beda din l-opra tajba fihom – iwassalha sat-tmiem skont ix-xewqa tiegħu.
06/08/2026
Sacred Heart Theological Institute - Gozo Affiliated to the Pontifical University of Saint Thomas Aquinas, Rome
30/06/2026
Il-komunità tas-Seminarju tkompli trodd ħajr lil Alla għad-don ta’ żewġ saċerdoti novelli D. Samuel Aquilina u D. Marlon Victor Bajada u tad-djakni ġodda Anthony Joe Borg u Fabio Cini, li dalgħodu iċċelebraw Quddiesa flimkien mal-bqija tas-seminaristi fil-kappella tas-Seminarju.
Inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet qaddisa.
21/06/2026
19/06/2026
Il-komunità tas-Seminarju tingħaqad mal-bqija tal-Knisja f’Għawdex biex tifraħ lir-Rev. Anthony Joe Borg u lir-Rev. Fabio Cini f'jum l-Ordinazzjoni Djakonali tagħhom.
Ad multos annos!
Ordinazzjoni Djakonali ta' Anthony Joe Borg u Fabio Cini
mmexxija mill-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma
Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria,
Il-Ġimgħa 19 ta' Ġunju 2026, fis-6.30pm
18/06/2026
18/06/2026
Nixtiequ navżaw li minn għada, il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju, il-kappella tas-Seminarju ser tkun magħluqa għall-vaganzi tas-Sajf u terġa tiftaħ f'Settembru li ġej meta tibda sena formattiva oħra.
18/06/2026
Ilbieraħ 17 ta’ Ġunju, ġiet fi tmiemha sena oħra formattiva permezz ta' quddiesa mill-Isqof Anton Teuma fil-preżenza tal-formaturi, is-seminaristi, il-professuri, is-sorijiet, il-ħaddiema, il-voluntiera, l-"Aħwa-Ħbieb tas-Seminarju, u l-familjari tas-seminaristi.
Matul il-konċelebrazzjoni tlabna għall-benefatturi li ħallewna matul din is-sena, filwaqt li raddejna ħajr lil żewġ saċerdoti Għawdxin, Mons. Joseph Bezzina u Mons. Anton Borg ta’ snin twal ta’ servizz bħala professuri fis-Seminarju tagħna, u li matul din is-sena temmew il-ħidma tagħhom.
Filwaqt li nroddu ħajr lil Alla għal sena oħra ta' ħafna grazzji, nirringrazzjaw wkoll lil dawk kollha lil sostnew lis-Seminarju matul din is-sena permezz tal-ħidma, tal-ġenerożità u tat-talb tagħhom.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the place of worship
Telephone
Address
Triq Enrico Mizzi, Victoria, Gozo
Malta
VCT2042
Opening Hours
| Monday | 08:00 - 19:00 |
| Tuesday | 08:00 - 19:00 |
| Wednesday | 08:00 - 19:00 |
| Thursday | 08:00 - 19:00 |
| Friday | 08:00 - 19:00 |
| Saturday | 08:00 - 12:00 |